Fl-aħħar 24 siegħa l-Italja kellha 168 mewta oħra kaġun tal-Coronavirus, biex issa tela’ għal 631 it-total tal-mejta kaġun tal-virus. 468 minn dawn l-imwiet seħħew fil-Lombardia.
In-numru ta’ persuni li fiequ fl-aħħar sigħat huma 280 biex issa 1,004 persuna fiequ mill-virus fl-Italja.
In-numru ta’ każi attivi issa tela’ għal 8,514, bi 877 persuna fil-kura intensiva. Skont statistika uffiċjali, bejn 5% u 7% tal-każi huma fuq persuni taħt it-30 sena.
Fl-Italja saru kważi 61,000 test għall-virus, b’terz minnhom isiru fir-reġjun tal-Lombardia.
Ir-reġjuni tal-Lombardia u l-Veneto talbu li jingħalaq kollox ħlief hwienet li jbigħu l-ikel u spiżeriji għal perjodu ta’ 15-il jum.
//= $special ?>