Futbol Sport

Guardiola jippreferi li l-logħbiet ikunu posposti milli bil-bibien magħluqa

(Ritratt: EPA)

Il-manager ta’ Manchester City Pep Guardiola jippreferi li l-logħbiet ikunu posposti minħabba t-tixrid tal-coronavirus milli jintlagħbu l-logħob bil-bibien magħluqa. Il-partitarji madwar l-Ewropa mhux qed jitħallew jidħlu biex isegwu l-logħob fl-istadiums, b’Guardiola jgħid li minn ħin għal ħin il-logħbiet fl-Ingilterra se jkunu affettwati.

“Ġara diġa fl-Italja li l-kampjonat hu sospiż u fi Spanja l-logħbiet bil-bibien magħluqa. Naħseb li se tiġri hawn ukoll. Irridu nistaqsu jekk taħdimx li tilgħab il-futbol mingħajr spettaturi. Jekk in-nies ma jiġux jaraw il-logħbiet m’hemmx sens. Ma jogħġobnix nilgħab fiċ-Champions League, il-Premier League u t-tazzi mingħajr nies.”

Guardiola kompla li huma qegħdin hemm għan-nies, u żied li għall-konfront jew tnejn forsi imma mhux iktar. Hu żied li jagħmlu dan għan-nies u ma jridx li jilgħab mingħajr nies fl-istadium. Manchester City jilagħbu għada kontra Arsenal.