Coronavirus Internazzjonali

Ħaddiem fl-isptar Great Ormond Street pożittiv għall-Coronavirus

Wieħed mill-aktar sptarijiet popolari għall-kura tat-tfal fir-Renju Unit kellu jipposponi ċertu proċeduri wara li ħaddiem immarka pożittiv għall-Coronavirus.

L-Isptar ta’ Great Ormond Street ġewwa Londra kkonferma li impjegat fid-Dipartiment tal-Kardjoloġija spiċċa mmarkat pożittiv għall-Covid-19.

Fi stqarrija l-isptar serraħ ras il-qraba tal-pazjenti li kull min b’xi mod seta’ kellu kuntatt mar-raġel qed jiġi informat minnufih. Dan filwaqt li spjegaw li fil-ġimgħatejn li ġejjin mhux ser ikunu qed jagħmlu proċeduri minuri jew interventi ‘outpatients’

Dan filwaqt li ntqal li l-pazjenti flimkien mal-impjegati għandhom jattendu għall-appuntamenti b’mod normali.

Dan huwa sptar popolari ħafna ma’ familji Maltin u individwi partikolarment tfal li jkunu qed jirċievu l-kura għall-marda tal-kanċer.