Lokali

Hub ġdid biex isiru testijiet tal-Covid19

Charmaine Gauci, Supretendent għas-Saħħa Pubblika, ikkonfermat li l-iskejjel mhux se jkunu qed jingħalqu

Hi kienet qed titkellem waqt it-tnedija ta’ hub ġdid għall-iswabbing ta’ persuni li jkunu qed jippreżentaw sintomi ta’ Covid 19.

Waqt it-tnedija ingħatat dimostrazzjoni ta’ dak li jiġri f’każ li pazjent ikollu jirrikorru  f’dan iċ-ċentru.

Pazjent li jiġi referut biċ-Ċentru li jinsab Ħal Luqa, jintlaqa’ barra minn tabib jew tabiba u jingħata maskra biex jgħatti halqu u mnieħru kif ukoll jintalab juża alcohol rub biex inaddaf idejh.

Wara din il-proċedura, il-pazjent jiddaħħal f’wieħed minn 7 kmamar armati apposta bejn jitteħidlu l-kampjun minn imnieħru.

Il-kampjun jiġi mqiegħed f’pakkett apposta ssiġillat flimkien mad-dettalji tal-pazjent.

Il-pazjent jingħata fuljett b’informazzjoni ta’ x’għandu jagħmel sakemm jingħata r-riżultat tat-test tiegħu, u dan jiġi wkoll spjegat lilu waqt li jkun fiċ-ċentru.

Il-pazjent imbagħad jintbagħat lura d-dar tiegħu fejn jintalab joqgħod fi kwarantina sakemm joħroġ ir-riżultat, iżda qabel joħroġ jarmi l-maskra b’kontenitur apposta u jerġa jnaddaf idejh bl-alcohol rub.

Ir-riżultat idum madwar 6 sigħat biex joħroġ, u l-persuni li jmorru f’dan iċ-ċentri ma jistgħux imorru min jeddhom imma jridu jkunu ġew referiti hemm jew mit-tabib tagħhom jew tal-klinika.

Intant, tul il-jum, Net News ircieva informazzjoni dwar sitwazzjonijiet li zviluppaw f’Ħal Luqa kif ukoll f’Santa Venera u Birkirkara fejn numru ta’ studenti inħarġu mill-iskola Primarja minħabba li xi tfal għadhom kif irritornaw minn Sqallija.

F’Birkirkara b’mod partikolari, is-sitwazzjoni kif zviluppat jidher li holqot xi ftit ta’ kommossjoni.

Fi zviluppi ohra, linji tal-ajru bhall-AirMalta u r-RyanAir habbru li issospendew it-titjiriet kollha lejn l-Italja. Dan wara gimghat shah ta’ pressjoni fuq il-Gvern biex jieqfu t-titjiriet lejn dan it-territorju vicin taghna. Dawn il-mossi dahlu fis-sehh l-ghada li l-Italja iddikjarat il-pajjiz kollu bhala ‘Zona Rossa’ sabiex jigi limitat ic-caqlieq tal-persuni, u eventwalment it-tixrid tal-mard.