Coronavirus Knisja Kultura Lokali

Il-Covid-19 iwassal għal posponiment tal-pellegrinaġġ tar-Redentur fl-Isla

Is-Sengleani u dawk kollha devoti tar-Redentur tal-Isla se jkollhom jistennew sa Ġunju għall-pellegrinaġġ tradizzjoanli ta’ kull sena.

Il-pellegrinaġġ, li din is-sena kellu jsir fl-20 ta’ Marzu, issa ġie pospost għall-21 ta’ Ġunju.

Dan it-tibdil fil-ġurnata tal-pellegrinaġġ ġie mħabbar mill-Arċipriet li qal li l-posponiment qed isir biex anke l-Knisja ssegwi l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa.

Hu spjega li pellegrinaġġi oħra jsiru sakemm ma jkunx hemm aktar minn 750 persuna preżenti, skont id-direttivi maħruġa mill-Gvern fl-aħħar ħin.