Lokali

Il-Kunsill ta’ San Ġiljan iħassar San Patrizju

Nies miġbura f'San Ġiljan

Il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan permezz ta’ stqarrija qal li mhux se jkun qed joħroġ permessi bħal ma ssoltu jagħmel fl-okkażżjoni tal-festa ta’ San Patriżju. Fi sqarrija, il-Kunsill qal li qiegħed jieħu nota tad-direttiva, li l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar waqt l-aħħar konferenza tal-aħbarijiet fejn qal, li attivitajiet tal-massa li jkollhom aktar minn 2000 ruħ m’għandhomx isiru.

Fiċ-ċirkostanzi l-Kunsill Lokali San Ġiljan qal li mhux ser ikun qiegħed joħroġ l-ebda permess għall-attività ta’ San Patrizju li kienet skedata għal nhar it-Tlieta 17 ta’ Marzu 2020. Wieħed japprezza u jifhem li din hija miżura biex titħares is-saħħa pubblika.

Il-Kunsill appella biex kulħadd biex isegwi din id-direttiva għall-ġid komuni.