Lokali Mużika Saħħa

Il-Pulizija jridu li titħassar iċ-ċelebrazzjoni ta’ St Patrick’s

Nies miġbura f'San Ġiljan

Illum il-Malta Police Association flimkien mal-Police Officers’ Union resqu talba ufficjali lill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż biex jiġu mħassra avvenamenti tal-massa bħaċ-ċelebrazzjoni ta’ San Patrizju, u avvenamenti simili.

Din it-talba saret mill-unions biex tiġi żgurata s-sahha kemm tal-ufficjali tal-Pulizija kif ukoll tal-pubbliku in ġenerali.

“Filwaqt li naqblu mas-sejħa li tinżamm il-kalma, nemmnu li f’dan l-istadju għandhom jittieħdu il-miżuri kollha possibbli biex dan il-virus jiġi kontenut”.