Futbol Sport

Inizjattiva mill-YFA bħala miżuri kontra l-coronavirus

Il-Youth Football Association ħadet il-passi immedjati biex tassigura li l-coronavirus ikun ikkontrollat f’pajjiżna. Bħala assoċjazzjoni huma ssospendew ir-regola numru 20 fir-regolament tal-kompetizzjonijiet tagħhom, sakemm kollox jiġi lura għan-normal.

Ir-regolament jgħid li qabel tibda l-logħba, il-plejers iridu joħorġu f’nofs il-grawnd flimkien mar-referee u jieħdu b’idejn xulxin. B’din is-sospensjoni tar-regola, fi tmiem il-partita l-plejers mhux se jkunu obbligati li jieħdu b’idejn xulxin.

Il-YFA qalet ukoll li t-trasport tat-timijiet għal-logħob importanti li jkollu ventilazzjoni filwaqt li mhux permess li jintużaw fliexken li jintużaw minn persuna għal oħra, kemm waqt it-taħriġ kif ukoll waqt il-logħob.

Plejers li ma jkunux f’qagħda stabbli ta’ saħħa mhux se jkunu aċċettati għat-taħriġ jew logħob. Miżura oħra hi li jekk kien hemm xi timijiet li kienu msiefra fl-aħħar ġranet speċjalment f’pajjiżi li għandhom restrizzjonijiet, għandhom jagħmlu żmien ta’ kwarantina meħtieġa. Intqal ukoll li għandha tingħata attenzjoni dwar il-ħasil tal-flokkijiet.