Internazzjonali

Ir-Russja: Pass ‘il quddiem biex Putin jikkuntesta mill-ġdid għall-Presidenza

Id-deputati tal-Parlament fir-Russja approvaw il-pakkett tal-emendi kostituzzjonali preżentati mill-President Russu Vladimir Putin, waqt tieni qari fl-assemblea ta’ Moska.

L-emendi jinkludu l-possibbiltà li Putin jikkontesta mill-ġdid għall-Presidenza meta l-Kostituzzjoni tar-Russja, fil-forma attwali, tinkorpora limitu legali għal kemm President jista’ jdum imexxi pajjiżu

Fl-aħħar sigħat il-President Putin tkellem fil-Parlament fejn qal fost oħrajn li mhemmx ħtieġa li jsiru elezzjonijiet bikrija għall-Parlament tar-Russja.

Il-Kostituzzjoni għalissa tirrikjedi biex Putin iwarrab mill-Presidenza fl-2024 ladarba jiskadilu l-mandat attwali li hu wkoll ir-raba’ wieħed tal-istess Putin.

Intant, ir-riformi għandhom jirristrutturizzaw is-sistema politika tar-Russja filwaqt li jsaħħu l-valuri konservattivi fil-liġijiet bażiċi tal-pajjiż.