Lokali

Ivan Camilleri b’kawża ta’ libell fil-konfront tal-Media Today

It-Tlieta filgħodu l-avukati tal-ġurnalist Ivan Camilleri ppreżentaw it-tieni kawża ta’ libell quddiem il-Qorti Ċivili fil-konfront tal-ġurnali u siti elettroniċi mmexxija minn Saviour Balzan – Editur Maniġerjali u sid il-kumpanija Media Today.

Il-kawża hija dwar artiklu ippubblikat lura fl-20 ta Dicembru, 2019, fuq il-portal elettroniku tal-Illum intitolat, “Ivan Camilleri jitkeċċa mit-Times wara li allegatament għamel kuntatt ma’ Yorgen Fenech.”

Fir-rapport, akkumpanjat minn ritratt prominenti, intqal li isem is-Sur Camilleri ssemma fil-qorti b’konnessjoni mal-każ li hemm involut fih Fenech.

Kif għamel f’diversi okkażżjonijiet, Ivan Camilleri ċaħad kategorikament dak li ġie ppublikat fl-istorja ta’ l-Illum, jiġifieri li hu qatt ma ddiskuta man-negozjant Yorgen Fenech dwar kwalunkwè ħaġa li għandha rabta mal-assasinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Fl-artiklu ingħad li jirrakkonta fatti skorretti fuq Camilleri u li ma seħħewx. Għaldaqstant il-Qorti ġiet mitluba sabiex tiddikkjara l-artiklu bħala wieħed libelluż u malafamanti u għandha tillikwida l-massimu tad-danni permesssibli.

Il-ġurnalist Ivan Camilleri fl-aħħar jiem ppreżenta Protest Ġudizzjarju fil-konfront ta’ Allied Newspapers dwar it-tkeċċija deskritta mill-ġurnalist bħala waħda inġusta.