Kummerċ Lokali

“Jeħtieġ responsabbiltà mill-komunità tan-negozju” – Kamra tal-Kummerċ

Il-Kamra tal-Kummerċ qed tappella biex tintuża l-etika fil-prezzijiet applikati fuq bżonnijiet bażiċi.

Fi stqarrija, il-Kamra qalet li f’daż-żmien ta’ pressjoni fuq pajjiżna, il-komunità tan-negozju għandha rwol importanti, u filwaqt li tissalvagwarjda l-operat tagħha, il-komunità għandha taġixxi b’responsabbiltà mal-klijenti tagħha.

Il-Kamra tal-Kummerċ tkompli tgħid li hi dejjem aġixxiet bl-ogħla standards ta’ etika, u dan iż-żmien m’għandux ikun eċċezzjoni. L-istqarrija kompliet li tifhem li fi żmien ta’ domanda miżjuda bħal ma huma dawn il-ġranet, ir-regoli tas-suq jista’ jwassal għal żieda fil-prezzijiet.

Il-Kamra appellat lin-negożjij kollha biex iżommu mal-aqwa standarda ta’ etika f’dan ir-rigward, u qalet li hija tibqa’ disponibbli biex tassissti lill-MCCAA, l-awtorità kompetenti dwar kwestjonijiet ta’ konsumatur.