Lokali

Jitressaq il-Qorti b’serq ta’ fjuwil mill-LESA

Malcolm Gilford, warden miż-Żurrieq ammetta li seraq fjuwil minn pompa tal-petrol tal-LESA u ġie kundannat 18-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin. Il-Qorti ordnatlu jħallas lura lil LESA €477 tal-fjuwil li seraq.

Huwa tressaq quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras mill-Ispettur Robert Vella. L-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri deheru għall-warden.

L-Ispettur Robert Vella li ressaq lil Gilford, qal li filmati minn fuq is-CCTV kienet użata biex tidentifika l-karozzi u muturi li kienu qegħdin jieħdu l-fjuwil.