Lokali

L-iskejjel mhux se jagħlqu

Konferma li l-iskejjel ta’ pajjizna mhux se jaghlqu.

Il-konferma ġiet minn Charmaine Gauci, Supretendent għas-Saħħa Pubblika.

Il-Professur Charmaine Gauci kienet qed titkellem waqt it-tnedija ta’ hub ġdid għall-iswabbing ta’ persuni li jkunu qed jippreżentaw sintomi ta’ Covid 19.

Waqt it-tnedija ingħatat dimostrazzjoni ta’ dak li jiġri f’każ li pazjent ikollu jirrikorru  f’dan iċ-ċentru.

Pazjent li jiġi referut biċ-Ċentru li jinsab Ħal Luqa, jintlaqa’ barra minn tabib jew tabiba u jingħata maskra biex jgħatti halqu u mnieħru kif ukoll jintalab juża alcohol rub biex inaddaf idejh.

Wara din il-proċedura, il-pazjent jiddaħal f’wieħed minn 7 kmamar armati apposta bejn jitteħidlu l-kampjun minn imnieħru.

Il-kampjun jiġi mqiegħed f’pakkett apposta ssiġillat flimkien mad-dettalji tal-pazjent.

Il-pazjent jingħata fuljett b’informazzjoni ta’ x’għandu jagħmel sakemm jingħata r-riżultat tat-test tiegħu… u dan jiġi wkoll spjegat lilu waqt li jkun fiċ-ċentru.

Il-pazjent imbagħad jintbagħat lura d-dar tiegħu fejn jintalab joqgħod fi kwarantina sakemm joħroġ ir-riżultat…. iżda qabel joħroġ jarmi l-maskra b’kontenitur apposta u jerġa jnaddaf idejh bl-alcohol rub.

Ir-riżultat idum madwar 6 sigħat biex joħroġ, u l-persuni li jmorru f’dan iċ-ċentri ma jistgħux imorru min jeddhom imma jridu jkunu ġew referiti hemm jew mit-tabib tagħhom jew tal-klinika.

Intant…Net News ircieva informazzjoni dwar sitwazzjonijiet li zviluppaw f’Ħal Luqa kif ukoll f’Santa Venera u Birkirkara fejn numru ta’ studenti inħarġu mill-iskola Primarja minħabba li xi tfal għadhom kif irritornaw minn Sqallija.

F’Birkirkara b’mod partikolari, is-sitwazzjoni kif zviluppat jidher li holqot xi ftit ta’ kommossjoni.

Fi zviluppi ohra…linji tal-ajru bhall-AirMalta u r-RyanAir habbru li issospendew it-titjiriet kollha lejn l-Italja. Dan wara gimghat shah ta’ pressjoni fuq il-Gvern biex jieqfu t-titjiriet lejn dan it-territorju vicin taghna.Dawn il-mossi dahlu fis-sehh l-ghada li l-Italja iddikjarat il-pajjiz kollu bhala ‘Zona Rossa’ sabiex jigi limitat ic-caqlieq tal-persuni…u eventwalment it-tixrid tal-mard.

Ikkummenta