3.30pm: Fid-9 distrett, Ivan Bartolo laħaq il-kwota u b’hekk ġie elett. Dan ifisser li m’hemmx għalfejn ikun eliminat Noel Muscat.

3.00pm: Fadal l-aħħar żewġ Kandidati: Ivan Bartolo u Noel Muscat. Id-differenza s’issa bejniethom hi ta’ 206 voti favur Bartolo.
2.55pm: L-attenzjoni fis-Sala tal-Għadd tal-Voti issa ddur kollha fuq id-9 distrett. Fi tmiem il-5 għadd (wara l-eliminazzjoni ta’ Albert Buttigieg), fl-għadd li jmiss jingħaddu l-voti ta’ Alan Abela Wadge (spiċċa eliminat bi 857 vot).


2.40pm: Wara laqgħa twila fil-magħluq, il-Kummissjoni Elettorali tinvalida l-voti dubjużi (tiddeċiedi li validi) u għalhekk, iż-żewġ Kandidati fit-12-il distrett jibqgħu f’parità.
2.15pm: Ir-‘recount’ fit-12-il distrett jintemm ukoll. Diskussjoni dwar zewg voti meqjusa bhala Dubjuzi. Is-sentenza tinqata’ mill-Kummissjoni Elettorali.
1.45pm: Fid-9 distrett il-process fadallu xi ftit. Wara t-3 ghadd, id-distakk bejn Ivan Bartolo u Noel Muscat isir 191 vot (Bartolo: 1,179 – Muscat: 988). Interessanti z-zieda matul il-process minn Alan Abela Wadge – qablu jkunu eliminati wkoll Graziella Attard Previ u Roselyn Borg Knight. Sat-3 ghadd jitla’ ghal 544 vot (Borg Knight eliminata b’524 vot).
1.25pm: Fit-12-il distrett, il-Kummissjoni Elettorali ddeċidiet li se jsir ‘recount’ ladarba r-riżultat ġie kkonfermat li Graziella Galea u David Thake spiċċaw b’parità ta’ 1,877 vot kull wieħed. B’hekk ikun ikkonfermat li ma kienx hemm “human errors”.
1.10pm: Fit-12-il distrett, Graziella Galea u David Thake tant huma viċin xulxin li saħansitra mhix eskluża sitwazzjoni ta’ parità assoluta. Għaldaqstant, il-Kummissjoni Elettorali qed tikkunsidra ‘recount’ tal-aħħar għadd (wara l-elimjnazzjoni ta’ Sam Abela, Simone Aquilina u Edward Torpiano).
1.00pm: Fit-12-il distrett, is-sitwazzjoni hi viċina
ħafna … saħansitra qed jissemma’ distakk li “tgħoddu b’id waħda”.
12.55pm: Taqtigħa sal-aħħar voti fit-12-il distrett bejn Graziella Galea u David Thake.
12.50pm: Id-distakk bejn Ivan Bartolo u Noel Muscat (9 distrett) jinżel għal 166 vot (Bartolo: 1,095 – Muscat: 929)
12.50pm: Fi tmiem it-2 għadd fid-9 distrett, ġiet eliminata Graziella Attard Previ. Fit-3 għadd jitqassmu l-418-il vot li spiċċat bihom.
12.20pm: Fit-12-il distrett eliminati Edward Torpiano, Simone Aquilina u Sam Abela. Fit-2 għadd jibdew jingħaddu l-voti tat-3 eliminati.

12.10pm: Fit-2 għadd (fid-9 distrett) jibdew jitqassmu l-voti ta’ Charles Selvaggi.



10.05am: L-1 għadd fuq iż-żewġ distretti għadhom għaddejjin. Il-proċess għadu miftuħ beraħ, speċjalment fil-każ tad-9 distrett.
9.20am: Minħabba li m’hemmx Kandidati komuni bejn iż-żewġ distretti, il-Kummissjoni Elettorali ddeċidiet li ż-żewġ proċessi jsiru fl-istess ħin.
Fid-9am bdew l-elezzjonijiet każwali biex jimtlew il-postijiet battala ta’ Marthese Portelli (9 distrett) u Simon Busuttil (12-il distrett) fil-Parlament.
Fil-każ tad-9 distrett tefgħu n-nomina tagħhom Alan Abela-Wadge, Graziella Attard Previ, Ivan Bartolo, Roselyn Borg Knight, Albert Buttigieg, Noel Muscat u Charles Selvaggi.
Fit-12-il distrett tefgħu n-nomina Sam Abela, Simone Aquilina, Graziella Galea, David Thake u Edward Torpiano.
Il-proċess qed isir fiċ-Ċentru tal-Ghadd tal-Voti fin-Naxxar u netnews.com.mt se jkun qed iżommkom aġġornati bl-aħħar żviluppi.
//= $special ?>