Lokali

LIVE: David Thake u Ivan Bartolo eletti

3.30pm: Fid-9 distrett, Ivan Bartolo laħaq il-kwota u b’hekk ġie elett. Dan ifisser li m’hemmx għalfejn ikun eliminat Noel Muscat.

3.10pm: Ic-cifri ufficjali wara l-5 ghadd fid-9 distrett.

3.00pm: Fadal l-aħħar żewġ Kandidati: Ivan Bartolo u Noel Muscat. Id-differenza s’issa bejniethom hi ta’ 206 voti favur Bartolo.

2.55pm: L-attenzjoni fis-Sala tal-Għadd tal-Voti issa ddur kollha fuq id-9 distrett. Fi tmiem il-5 għadd (wara l-eliminazzjoni ta’ Albert Buttigieg), fl-għadd li jmiss jingħaddu l-voti ta’ Alan Abela Wadge (spiċċa eliminat bi 857 vot).

2.50pm: Ara x’tghid il-Ligi Elettorali f’kaz ta’ parità …
2.45pm: Minhabba li l-ahhar zewg Kandidati fit-12-il distrett baqghu f’parità, il-Ligi Elettorali titlob li jkun eliminat il-Kandidat li kellu l-anqas voti bejn it-tnejn fl-1 ghadd tal-lum. Ghaldaqstant, kienet eliminata Graziella Galea.

2.40pm: Wara laqgħa twila fil-magħluq, il-Kummissjoni Elettorali tinvalida l-voti dubjużi (tiddeċiedi li validi) u għalhekk, iż-żewġ Kandidati fit-12-il distrett jibqgħu f’parità.

2.15pm: Ir-‘recount’ fit-12-il distrett jintemm ukoll. Diskussjoni dwar zewg voti meqjusa bhala Dubjuzi. Is-sentenza tinqata’ mill-Kummissjoni Elettorali.

1.45pm: Fid-9 distrett il-process fadallu xi ftit. Wara t-3 ghadd, id-distakk bejn Ivan Bartolo u Noel Muscat isir 191 vot (Bartolo: 1,179 – Muscat: 988). Interessanti z-zieda matul il-process minn Alan Abela Wadge – qablu jkunu eliminati wkoll Graziella Attard Previ u Roselyn Borg Knight. Sat-3 ghadd jitla’ ghal 544 vot (Borg Knight eliminata b’524 vot).

1.25pm: Fit-12-il distrett, il-Kummissjoni Elettorali ddeċidiet li se jsir ‘recount’ ladarba r-riżultat ġie kkonfermat li Graziella Galea u David Thake spiċċaw b’parità ta’ 1,877 vot kull wieħed. B’hekk ikun ikkonfermat li ma kienx hemm “human errors”.

1.10pm: Fit-12-il distrett, Graziella Galea u David Thake tant huma viċin xulxin li saħansitra mhix eskluża sitwazzjoni ta’ parità assoluta. Għaldaqstant, il-Kummissjoni Elettorali qed tikkunsidra ‘recount’ tal-aħħar għadd (wara l-elimjnazzjoni ta’ Sam Abela, Simone Aquilina u Edward Torpiano).

1.00pm: Fit-12-il distrett, is-sitwazzjoni hi viċina

ħafna … saħansitra qed jissemma’ distakk li “tgħoddu b’id waħda”.

12.55pm: Taqtigħa sal-aħħar voti fit-12-il distrett bejn Graziella Galea u David Thake.

12.50pm: Id-distakk bejn Ivan Bartolo u Noel Muscat (9 distrett) jinżel għal 166 vot (Bartolo: 1,095 – Muscat: 929)

12.50pm: Fi tmiem it-2 għadd fid-9 distrett, ġiet eliminata Graziella Attard Previ. Fit-3 għadd jitqassmu l-418-il vot li spiċċat bihom.

12.20pm: Fit-12-il distrett eliminati Edward Torpiano, Simone Aquilina u Sam Abela. Fit-2 għadd jibdew jingħaddu l-voti tat-3 eliminati.

12.15pm: Jaghlaq ukoll l-1 ghadd fit-12-il distrett. Vantagg ta’ 331 vot ghal David Thake fuq Graziella Galea.

12.10pm: Fit-2 għadd (fid-9 distrett) jibdew jitqassmu l-voti ta’ Charles Selvaggi.

12.05pm: Maghluq l-1 ghadd fuq id-9 distrett. Fil-vantagg Ivan Bartolo segwit minn Noel Muscat … b’distakk ta’ 253 vot.
11.30am: Il-process kollu qed ikun segwit b’attenzjoni mill-voluntiera tal-Ufficcju Elettorali tal-PN (ELCOM) taht it-tmexxija tad-Direttur il-gdid Boris Xerri.
11.00am: Fuq il-mejda tat-12-il distrett ghadu kif beda l-ghadd fi tmiem is-sorting tal-1 ghadd. Fuq il-mejda tad-9 distrett dan il-process se jibda dalwaqt.

10.05am: L-1 għadd fuq iż-żewġ distretti għadhom għaddejjin. Il-proċess għadu miftuħ beraħ, speċjalment fil-każ tad-9 distrett.

9.20am: Minħabba li m’hemmx Kandidati komuni bejn iż-żewġ distretti, il-Kummissjoni Elettorali ddeċidiet li ż-żewġ proċessi jsiru fl-istess ħin.

Fid-9am bdew l-elezzjonijiet każwali biex jimtlew il-postijiet battala ta’ Marthese Portelli (9 distrett) u Simon Busuttil (12-il distrett) fil-Parlament.

Fil-każ tad-9 distrett tefgħu n-nomina tagħhom Alan Abela-Wadge, Graziella Attard Previ, Ivan Bartolo, Roselyn Borg Knight, Albert Buttigieg, Noel Muscat u Charles Selvaggi.

Fit-12-il distrett tefgħu n-nomina Sam Abela, Simone Aquilina, Graziella Galea, David Thake u Edward Torpiano.

Il-proċess qed isir fiċ-Ċentru tal-Ghadd tal-Voti fin-Naxxar u netnews.com.mt se jkun qed iżommkom aġġornati bl-aħħar żviluppi.