Lokali Parlament

Malta tilfet ir-reputazzjoni quddiem l-UE

– Therese Comodini Cachia, PN

Id-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia sostniet li bir-reati kriminali li twettqu f’Malta u bil-każi ta’ korruzzjoni Malta tilfet ir-reputazzjoni tagħha quddiem l-UE.

Fil-parlament Therese Comodini Cachi qalet li qed ikunu stabbiliti proċeduri ċari dwar id-drittijiet u l-proċessi li uffiċjali tal-pulizija jridu jaddottaw fil-konfront ta’ tfal li jkunu arrestati u akkużati b’xi reat. Hu pożittiv li l-pulizija se jkollhom id-dokumenti neċessarji u fissi kif jitrattaw ma dawn il-każi. Hi appellat biex it-tfal li jkunu marru fit-triq il-ħażina jerġgħu jinġiebu fit-triq it-tajba.

Hi tkellmet dwar ir-reat ta’ frodi li ilu jinsab bħala reat u trattat il-fondi mill-UE li minnhom jibbenefikaw terzi. Għalhekk il-protezzjoni kontra l-frodi għall-interessi tal-UE il-pajjiż ikun qed jipproteġi lis-soċjetà mill-frodi lilu nnifsu.

Hi tkellmet dwar il-kapaċità li kien wera gvern Nazzjonalista meta kiseb €1,000 miljun mill-UE waqt li llum gvern Laburista qed ikollu diffikultajiet jiffinalizza pakkett finanzajrju tajjeb mal-UE minħabba li gvern Laburista għandu reputazzjoni tal-iktar gvern korrott fid-dinja u għax baqa’ jsostni li l-ekonomija Maltija sejra tajjeb.

Il-gvern Laburista tilef il-fiduċja tal-UE; l-entità li trid tagħti l-fondi lil Malta. Il-gvern ilu snin jaf b’din is-sitwazzjoni iżda m’għamel xejn. Rapporti tal-FIAU ngħaddew lill-Pulizija iżda ma sar xejn minkejja li kien hemm riżenji ta’ kummissarji tal-pulizija. Dawn ir-rapporti jindikaw li hemm suspett raġonevoli ta’ reati kriminali iżda l-pulizija tiftaħ biss files u ma twettaqx. Il-Pulizija fetħu l-file u nħbew wara l-inkjesta maġisterjali li nfetħu fuq talba ta’ terzi persuni u mhux mill-pulizija.

Therese Cmodini Cachia qalet li f’Malta diġà kien hemm każ ta’ min aġixxa b’mod illegali ta’ min aġixxa b’mod illegali dwar fondi tal-UE fejn kummisarju tal-pulizija kien lest jakkuża fil-qorti iżda dan il-kummissarju intalab jiċċaqlaq biex kummissarji oħra warajh iltaqa’ ma’ din il-persuna u kkonvinċih li l-UE u l-OLAF kienu fi żball.

Il-gvern ma jistax jibqa’ għaddej bil-ħsieb li jista’ jidħak b’kulħadd għaliex żgur li l-UE se tkun qed tivverifika u tinsisti li l-istati qed jimxi mar-regoli. F’dan il-moniteraġġ politiku Malta se tibda minn taħt minħabba l-każi nazzjonali li twettqu.

Id-deputat Nazzjonalista tkellmet dwar l-importanza tar-riżorsi u t-taħriġ lill-Pulizija u qalet li min ikkommetta r-reati dgħajjef ir-reputazzjoni tal-pulizija. Min għandu jinqala’ mill-pulizija għandu jinqala’ mill-Korp.