Lokali Parlament

Il-Prim Ministru jerġa’ jagħżel li ma jindirizzax il-Parlament dwar il-Coronavirus

Il-Prim Ministru Robert Abela llejla reġa’ għażel li jindirizzax lill-parlament dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż quddiem il-virus tal-coronvirus. Quddiem dan in-nuqqas kien id-deputat prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne li għamel stqarrija ministerjali.

Id-deċiżjoni tal-Prim Minitru li ma jindirizzax lill-parlament ġabet reazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li kkummenta dwar dan fil-parlament.

Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li f’70 ġurnata minn meta faqqgħet il-coronavirus, dan il-virus dar id-dinja u wasal ukoll f’Malta fejn s’issa hawn ħames persuni infettati li lkoll jinsabu f’kundizzjoni tajba

L-ewwel każ kien jinvolvi familja Taljana u t-tieni kien jnvolvi familja Norveġiż fejn il-missier ġie mill-Italja u għadda l-virus lil bintu. Dawn jistgħu jitqiesu bħala virus importati li jfisser li s’issa f’Malta m’hawn ebda każ ta’ trasmissjoni tal-virus fil-komunità Maltija.

Il-miżuri li qed jieħu l-gvern huma skont l-istadji tat-tixrid tal-coronavirus u jistgħu għalhekk ikunu differenti minn dawk ta’ pajjiżi barranin. L-awtoritajiet tas-saħħa Maltin qed ikunu pass qabel il-virus.

Fl-ewwel każ, is-sistema kienet preparata u saru l-miżuri kollha f’waqthom; l-istess fit-tieni każ. Dawn jiżdiedu skont l-istadju tat-tixrid u skont dak li jkun qed iseħħ barra minn Malta. Hu semma’ l-miżuri li qed jittieħdu fejn saru 400 swab li kienu kollha negattivi barra l-ħames każi.

Il-Ministru tas-Saħħa kompla li fl-Isptar Mater Dei tlestew iktar kmamar ta iżolament, tkabbar l-ITU u ddaħħlu testijiet apposta inklużi fiċ-ċentri tas-saħħa. Tħejja wkoll ċentru ta’ iżolament fi sptar apposta ta’ 12-il sodda u qed jitlesta l-Isptar Boffa b’60 sodda oħra. Infetaħ ukoll ċentru ta’ ittestjar għal swabs iktar siguri. Issa tħabbru numru ta’ miżuri odda fosthom l-ivvjaġġjar lejn u mill-Italja.

Il-parir biex jonqos l-ivvjaġġar issa hu estiż għall-pajjiż kollha fejn hemm il-virus waqt li dawk li ġew mill-Italja għahom joqgħodu kwarantina għal 15-il jum. Viżitauri fi djar għall-anzjani qed ikunu screened qabel jidħlu. Attivitajiet tal-massa m’għandhomx jaqbżu l-2,000 u fil-magħluq is-750 persuna. Il-gvern hu prepearat għal iktar tixrid tal-virus. Sar taħriġ lil 700 professjonist u inġieb ilbies protettiv waqt li qed isisr kampanja ta’ tagħrif fuq ix-xandir.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia wera d-diżappunt tieħu li l-Prim Ministru għażel li ma jindirizzax il-parlament u rringrazzja lill-Ministru tas-Saħħa li ta l-informazzjoni kif ukoll lill-professjonisti u lill-ħaddiema fis-settur biex tingħeleb din l-isfida. Hu espriema l-prekoupazzjonijiet tal-Oppożizzjoni dwar il-prevenzjoni u staqsa jekk hemmx il-ħsieb li l-poplu jkun informat dwar il-ħtiġijiet li l-pajjiż għandu bżonn u l-allokazzjonijiet li hemm bżonn. Hu tratta l-importanza tal-preparazzjoni u staqsa jekk bir-rata tat-tixrid tal-virus, hemmx preparazzjoni biżżejjed.

Hu staqsa wkoll x’inhu l-programm maħsub dwar kampanja ta’ edukazzjoni. Adrian Delia reġa’ wera l-impenn tal-Oppożizzjoni biex tikkonrbwixxi f’dan il-proċess. Hu staqsa jekk hemmx kuntatti mal-Ewropa u mal-WHO dwar kif gżejjer bħal Malta minħabba d-densità partikolari li għandu l-pajjiż fil-kuntest tal-affollament.

Id-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar staqsa dwar x’qed isir fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex waqt li d-deputat Claudette Buttigieg staqsiet dwar il-konferenza tal-aħbarijiet li għamel il-Prim Ministru Robert Abela meta fil-fatt kien il-gvern Taljan li waqqaf it-titjiriet.

Hi staqsiet ukoll mil-liema pajjiżi n-nies huma mitluba li jagħmlu kwaratina volontarja u mandatorja. Jidher wkoll li hemm żoni ta’ Mater Dei li jistgħu jintużaw bħala swali fosthom kuriduri u lecture rooms flimkien mal-canteen tal-ħaddiema. Hi staqsiet jekk il-gvern hux qed jikkontempla li jieħulrua San Luqa u juża’ l-Isptar San Filippu.

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech staqsa dwar kif qed taħdem l-istruttura ta’ tmexxija skont il-liġi fil-kuntest tal-poteri lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika u jekk id-deċiżjonijiet hux qed jittieħdu minn dan is-Surpetendent. Hu staqsa jekk ittieħdux deċiżjonijiet dwar dawn il-poteri wdar id-dikjarazzjoni ta’ emerġenza fis-saħħa pubblika minħabba l-implikazzjonijiet fis-saħħa pubblika minħabba d-daqs tal-pajjiż u d-densità tal-pajjiż.

Claudio Gerch staqsa wkoll jekk l-gvern artikolax l-aktar xenarju gravi u jekk hemm ir-riżorsi fis-seħħ biex dan jitħaddem, jekk kienx allokati aktar postijiet għal każ intensivi u jekk il-gvern hux se jieħdu deċiżjoni dwar l-iskejjel.

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi staqsa jekk il-gvern hux qed jikkusnidra li jkunu kanċellati l-attivitajiet tal-massa u jekk il-gvern ikkunsidrax it-twaqqif ta’ kumitat nazzjonali bejn l-imsieħba soċjali u l-Oppożizzjoni biex il-pajjiż jilqa’ għall-impatt ekonomiku.

L-attivita’ ta’ St.Patrick’s Day f’San Ġiljan

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar staqsa jekk hemmx linja gwida fl-iskejjel u fid-djar għall-anzjani u jekk hemmx postijiet li dwarhom il-gvern jista’ jieħu deċiżjonijiet dwar ivvjaġġar. Hu qal li qed issir distinzjonijiet fil-kliniċi bejn residenti Maltin u barranin u staqsa jekk il-Maltin hux qed jintbgħatu d-dar waqt li l-barranin jinżammu fi kmamar ta’ iżolament sakemm jingħataw ir-riżultati.

Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus qal li r-rata ta’ mewt ta’ 2% fiċ-Ċina waqt li fl-Italja din il-persentaġġ hu ta’ 5% u staqsa jekk il-virus fl-Italja hux iktar reżistenti. Hu staqsa jekk hemmx mod kif dawn il-persuni li kienu fl-Italja jkunu sorveljati biex ir-regoli jkunu osservati.

Id-deputat Nazzjonalista Kritsy Debono staqsiet il-gvern hux qed jipprepara kumitat ta’ ħidma dwar l-impatt ekonomiku, jekk sarx studju dwar dan u jekk hemmx diskussjonijiet ma’ istituzzjonijiet Ewropej dwar għajnuna li jista’ jkun hemm bżonn.

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami staqsa dwar l-attivitajiet tal-massa u staqsa xi tfisser attività fil-magħluq u jekk l-iskejjel li għandhom iktar minn 750 perusna humiex koperti. Hu staqsa dwar l-attivitajiet tal-massa inkuż il-football fejn ma tkunx taf kemm se jkun hemm nies u kif se jintlaqtu l-festi fuq barra.

Id-deputat Nazzjonalista Robert Arrigo staqsa għaliex, jekk Malta kienet taf f’Jannar bil-virus, il-preparamenti saru tard. Hemm informazzjoni dwar it-trasport fejn kien hemm każi li tgħabbew 71 persuna fuq coach, spjega Robert Arrigo, li staqsa jekk ix-xufiera humx protetti. Hu staqsa dwar l-ajruplani tal-Malta Air li jivvjaġġar fl-Italja u jekk dawn twaqqfux minħabba li dawn l-ajruplani jiġu Malta. Fl-Italja kien hemm testijiet li kienu 15-il ġurnata qabel Malta u għalhekk Malta kienet tard.

Id-deputat Nazzjonalista Maria Degura staqsiet dwar l-ispazji bejn il-persuni fl-attiviatjiet tal-massa u appellat beix il-persuni jkunu ittestajti minħabba li jista’ jkun hemm persuni jħorru l-virus iżda ma jurux sintomi.

Id-deputat Nazzjonalista Toni bezzina staqsa jekk il-gvern hux jikkunsidra li jagħti maskri u hand sanitizers lill-ħaddiema tat-trasport pubbliku. Hu appella biex jonqosu n-neis bilwieqfa fil-karrozzi tal-linja biex jonoqs l-iffullar.

Id-deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone qal li hu tal-mistħija li hawn biss tmien membri tal-gvern fil-parlament f’dan il-mument ta’ stqarrija importanti. Fil-pajjiż hawn biża kbira fost il-ħaddiema fejn kienu kanċellati 7,000 student li jiġu jitgħallmu l-Ingliż f’Malta Dan se jħalli impatt fuq in-nies li jospitawhom u fuq l-iskjjel. Hu semma’ n-nies li jiġbru l-iskart li huma mbeżża’ minħabba li dawn jagħmlu l-aktar xogħol diffiċli.

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina staqsa jekk il-gvern hux jikkunsidra jekk id-deċiżjoni dwar l-attivitajiet tal-massa hux se jkun infurzat b’liġi, jekk il-gvern hux se jimplimenta sanzjonijiet fuq min ma jagħmilx karantina u jekk hux se jittieħdu iktar miżuri fl-awli tal-qorti.

Il-Ministru Chris Fearne wieġeb li l-miżuri jridu jkunu relatati mal-istadju tat-tixrid tal-virsu u għalhekk Malta mhux bilfors tieħu l-istess miżuri bħal pajjiżi barranin. Hu qal li l-gvern ebda jieħu l-apssi mill-ewwel ġurnata li sar jaf bil-virus. Is-sitwazzjoni bħalissa hi li l-każi huma biss każi importati u ma kienx hemm tixrid fil-komunità.

Għalhekk il-miżuri huma relatati mal-istadju tat-tixrid ta’ każi importati. Meta jkun hemm każi oħra s-sitwazzjoni tinbidel. Jekk ikun hemm it-tixrid fil-komunità, tkun ikkunsidrata s-sitwazzjoni fit-trasport pubblika iżda dan mhu il-każ s’issa.

Il-gvern ħa l-passi meħtieġa meta daħal il-virus minn barra, sostna l-Ministru tas-Saħħa, li kompla li kieku ma tieħdux il-miżuri l-viirus hu mifrux mal-pajjiż kollu. Għalhekk ukoll li twaqqfu l-aattivitajiet tal-massa skont in-numru mħabbra.

Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li fil-każ tal-football, li hu attività fuq barra, għandhom jiddaħħlu biss 2,000 persuna. Dwar l-iskejjel hu qal li dawk it-tfal kollha li kienu fl-Italja jew f’pajjiżi oħra indikati inkluż Sqallija fl-aħħar ħmistax m’għandhomx imorru skola għal kwaratina ta’ ġimgħa. Il-virus joħroġ wara ħmistax u jkun infettiv biss jekk ikun qed juri s-sintomi.

Dwar id-djar għall-anzjani l-Ministru Fearne qal li f’kull vista jmur biss qarib wieħed u kll viżitaur u ħaddiem qed ikun screened qabel jidħol. Jidher li fid-dinja hawn żewġ tipi ta’ mikrobu, b’wieħed iktar qawwi minn ieħor.

Diffiċli tkun stabbilita r-rata ta’ mortalità tal-virus, sostna l-Ministru Fearne, li qal li l-gvern qed jixtri ilbies protettiv fi programm tal-UE. Il-mikrobu ma jgħix barra l-ġisem iktar minn jumejn u għalhekk fil-każ ta’ ajruplani li jkunu vjaġġar fl-Italja ma jistgħux iorru mikrobu għax ikunu ilhom li mietu.

Il-liġi tagħti l-aworità lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika biex jieħu l-azzjonijiet meħtieġa u hekk qed isir. Fil-pajjiż hawn 90 sodda disponibbli u 180 sodda oħra li jistgħu jintużaw. Hu għalhekk li qed isiru f’diversi postijiet f’Mater dei.

Il-Ministru tas-Saħħa qal li kien il-gvern Malti li waqqaf it-titjiriet bl-ajru u bil-baħar mill-Italja. Hu kompla li hawn pazjenti li jisnabu fi kwarantina u appella lill-persuni li ġejjin mill-Italja, l-Iran, il-Korea t’Isfel u ċ-Ċina biex jibqgħu kwarantina.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici qal li għada l-Erbgħa 11 ta’ Marzu 2020 l-iskejjel se jiftħu bħas-soltu u kompla li d-Diviżjoni tal-Edukazzjoni mxiet id f’id mal-Ministru tas-Saħħa u fejn kien hemm tfal jew edukaturi li ġejjin mill-pajjiżi indikati dawn joqgħodu d-dar u ma jmorrux l-iskola. Wara t-tħabbria tal-prim ministru, issa l-lista hi estiża wkoll għal Sqallija u minn għada dawk it-tfal jew edukaturi li marru Sqallija jridu joqgħodu d-dar għal 14-il ġurnata kwarantina. Tqassmu 2300 sanitizer fl-iskejjel kollha biex hemm sanitizer f’kull klassi. Jirriżulta li kien hemm biss 5% iktar tfal oi m’attendewx l-iskola f’dan il-perjodu meta komparat mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet, sostna l-Ministru Bonnici.