Internazzjonali

Terremot fl-Italja waqt il-lockdown għall-coronavirus

L-Italja għadha kemm intlaqtet minn terremot fi żmien meta l-poplu għaddej bil-ġlieda ddisprata biex jikkontrolla l-effetti u l-firxa tal-coronavirus.

It-theżżiża laqtet wara nofsinar fl-inħawi lejn in-naħa ta’ fuq ta’ Camaiore f’Versilia, fir-reġjun ta’ Toscana. Intant, in-nies ħarġu jiġru fit-toroq bħala reazzjoni inizjali għat-terremot li qed jingħad li rreġistra qawwa ta’ xi  2.6 fuq l-Iskala — għalkemm ma deherx li rriżultaw il-midruba jew il-ħsarat serji b’konsegwenza tat-theżżiża.