Lokali Qorti

Żewġt irġiel immultati kważi €26 miljun fuq evażjoni ta’ taxxa u dazju fuq is-sigaretti

Direttur u mpjegat ta’ kumpanija tat-tabakk bl-ingrossa kienu mmultati kważi €26 miljun bejniethom wara li nstabu ħatja ta’ evażjoni ta’ taxxa. Huma ngħataw ukoll sentenza sospiża.

Keith Attard ta’ 56 sena minn San Ġwann u kuġinuh Marvin McKay ta’ 45 sena mis-Swieqi, li huma mpurtaturi tas-sigaretti kienu qegħdin jiġu akkużati li huma kompliċi li ffrodaw lill-istat u dan billi abbużaw minn skema ta’ sospensjoni fid-dazju tas-sisa, bit-taxxa mhux imħallsa mill-kumpanija mmedjatament mal-kunsinna tal-prodotti tat-tabakk.

L-irregolaritajiet ġew żvelati meta uffiċjali tad-dwana nnutaw li l-kumpanija K&L Attard Co. Ltd, ma kienux ħallsu id-dazju tas-sisa u taxxa tas-sigaretti mixtrija fuq perjodu ta’ disa’ xhur bejn Marzu u Diċembru tal-2007.

Id-diskrepanza kbira bejn l-ammonti u l-valur iddikjarat fuq il-ħlas li kien sar wassal biex l-awtoritajiet jibdew jinvestigaw il-każ wara li kien hemm suspetti ta’ tbagħbis.

Tfittxija fl-uffiċini tal-kumpanija u d-diversi mħażen wasslu biex ippruvaw biex l-ammonti ta’ sigaretti disponibbli kienu ferm akbar mill-ammont imħallas f’taxxa u dazju. Ħafna mis-sigaretti skont l-akkużati kien nxtraw minn erba’ mportaturi tat-tabakk lokali.

Aktar verifiki nterni tal-amminisrazzjoni tal-kumpanija u li fost oħrajn dawn kienu jikkonsistu f’dokumenti u kopji li kien inżammu mill-fornitur, il-grossista u d-dipartiment tad-dwana, sabu li fuqhom kien hemm il-firma ta’ McKay, u li fuqhom kien hemm it-timbru tal-kumpanija.

L-Iskwadra ta’ kontra r-reati ekonomiċi tal-Pulizija nvestigat il-każ u akkużi ħarġu kontra Attard, bħala Direttur ta’ kumpanija u kontra wieħed mill-impjegati tiegħu, McKay.

Fuq il-provi ppreżentati fil-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Ian Farrugia, ġie konkluż li t-tnejn “kien jafu li kkoperaw flimkien biex jevadu t-taxxa”. Ħareġ ukoll mis-sentenza li huwa kienu jafu li qed jiksru l-liġi u għamlu dan b’intenzjoni.

Filwaqt li ma nstabux ħati ta’ mizappropjazzjoni, l-Qori sabithom ħatja ta’ frodi fil-konfront tal-Gvern ta’ Malta u kkundannathom15-il-xahar ħabs sospiżi għal tliet snin.

Attard ġie mmultat €13,025,538 filwaqt li McKay ġie mmultat €12,719,865. Il-Qorti ordnat li kopja tas-sentenza tintbagħat lir-Reġistratur tal-Qrati Ċivili, il-Kummissarju tat-Taxxi Interni, id-Direttur tad-Dwana u lill-Bureau tal-Irkupru tal-Assi. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Assistent Kummissarju Ian Abdilla.