Coronavirus Lokali Saħħa

AĠĠORNATA: Ajurplan jinżamm fuq il-mitjar biex isiru eżamijiet mediċi

Dawk kollha abbord titjira ta’ Ryanair li waslet Malta minn Edinburgh, għal xi ħin inżammu maqbuda fl-ajruplan wara li kien hemm bżonn li tingħata għajnuna medika lil tliet persuni li kienu fuq din it-titjira wara li żviluppaw deni.

Mhux magħruf jekk dan il-każ hux relatat ma’ każ suspettuż ta’ Coronavirus.

It-titjira FR6695 waslet Malta fis-13.30.

Il-passiġġieri tniżżlu fl-ajruport għall-ħabta tas-14.45 fejn ambulanza tat l-ewwel assistenza lil dawn it-tliet persuni li kellhom bżonn l-għajnuna medika.

Aktar informazzjoni hekk kif taslilna.