Coronavirus Lokali Saħħa

Appell ieħor biex il-kwaratina tkun obligatorja

L-Assoċċjazzjoni Maltija tal-Anestesija (AAM) tinsab imħassba dwar ċertu miżuri jew nuqqas ta’ miżuri li qed jittieħdu mill-Awtoritajiet tas-Saħħa f’Malta fir-rigward tal-Coronavirus.

Fi stqarrija l-AAM, li l-membri tagħha jkunu fuq quddiem jekk pazjent bil-Coronavirus ikollu bżonn ta’ kura kritika, qalu li jekk jiġri bħall ma ġara fl-Italja, Malta u s-servizzi tas-saħħa tal-pajjiż mhux preparati biex ilaħħqu man-numri.

Hija appellat biex il-kwaratina tiġi waħda obligatorja għal dawk ġejjin minn barra minn xtutna filwaqt li twaqqaf kull tip ta’ avenimenti tal-massa u mhux tibqa’ biss waħda li l-awtoritajiet iħeġġuk tagħmel.

Fl-aħħar ġranet il-Gvern baqa’ jinjora kull talba biex il-kwartina tkun obligata fuq in-nies li għadhom ġejjin minn postijiet milquta drastikament mill-COVID-19.