Il-Union tal-Edukaturi Professjonisti, il-UPE, qalet li wara numru ta’ ilmenti li kellhom mill-ġenituri tal-istudenti u l-edukaturi – huma qed iwaslu l-proposti tagħhom sabiex jipprevjenu li jkun hemm iktar każijiet jew tixrid tal-coronavirus.
Wara li rajna li fl-Italja d-deċiżjonijiet ittieħdu tard wisq, il-UPE appellaw lill-Ministru tal-Edukazzjoni sabiex id-deċiżjonijiet jittieħdu f’waqthom inkluż li jingħalqu l-iskejjel. Deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet tas-saħħa u mhux mill-politiċi.
Huma appellaw sabiex kulħadd isegwi l-istruzzjonijiet sabiex b’hekk ikunu salvagwardjati l-edukaturi, l-istudenti u l-familji tagħhom.
Finalment il-UPE saħqet li l-Gvern għandu joqgħod fuq il-pariri li qed jingħataw lilu fid-dawl tal-pariri mediċi.
//= $special ?>