Coronavirus Internazzjonali

CORONAVIRUS: Fl-Italja kienu aktar minn 1,000 dawk li fiequ

10,590 każ fl-Italja, imutu 196 oħra

Fl-Italja skont l-aħħar rapporti tal-lum hemm 10,590 każ ta’ Coronavirus filwaqt li sa issa mietu 196 persuna oħra, bl-ammont ta’ mwiet b’kawża tal-virus jitla’ għal dak ta’ 827.

Aħbar pożittiva hi li 1,045 persuna fiequ mil-Covid-19, fejn kien hemm 41 persuna aktar li fiequ meta mqabbla mat-Tnejn li għadda.

L-awtoritajiet Taljani qed ikomplu jappellaw biex in-nies joħorġu minn djarhom jekk tassew ikun hemm ħtieġa. Fil-Lombardija l-awtoritajiet sa anki qed jitolbu li jkun hemm forma ta’ verifika ta’ għaliex ikunu barra.

Ikkummenta