Se jkunu s-sewwieqa b’ċertifikat mediku biss li se jitħallew jaqsmu minn u lejn l-Italja, filwaqt li se jkollhom jiżolaw lilhom infushom għal ħmistax hekk kif jaqsmu l-fruntiera mal-Awstrija fi Brennero. Is-sewwieqa tat-trakkijiet bil-merkanzija u l-ħaddiema ta’ magħhom se jiġu ċċekkjati għad-deni.
Dawn il-miżuri li ttieħdu mill-Kanċillier Awstrijak, Sebastian Kurz, fid-dawl li fl-20 ġurnata tal-COVID-19, l-Italja rreġistrat aktar minn 10,000 każ mit-Tramuntana tal-pajjiż sa Sqallija, b’168 vittma f’ġurnata, 135 minnhom mil-Lombardija…. biex b’hekk telgħu għal aktar minn 630 il-persuni li mietu b’din il-marda. Din iż-żieda ta’ 36% hija l-ikbar minn meta feġġ dan il-virus fil-pajjiż ġarr tagħna lura fil-21 ta’ Frar.
//= $special ?>