Coronavirus Futbol Internazzjonali Saħħa Sport

CORONAVIRUS: Man City v Arsenal posposta

Numru ta' players ta' Arsenal f'iżolament

Il-partita tal-Premier League bejn Manchester City u Arsenal li kellha tintlgħab illejla ġiet posposta minħabba li plejers mill-klabb ta’ Londra kellhom kuntatt mas-sid tat-team Grieg ta’ Olympiakos, li kien ittestjat pożittiv għall-coronavirus.

Numru ta’ plejers ta’ Arsenal iltaqgħu ma’ Evangelos Marinakis wara l-logħba tagħhom mir-round tal-aħħar 32 tal-Europa League f’Londra fis-27 ta’ Frar.

Dawn il-players qed jinżammu f’iżolament u mhux jitħallew fejn il-players l-oħrajn. Hu għalhekk li Arsenal m’għadhomx biżżejjed players biex jilgħabu jew jitħarrġu.