Lokali Qorti

Eġizzjan b’sentenza sospiża wara li kkaġuna ġrieħi gravi

Ilbieraħ, il-Pulizija ressqet b’arrest il-Qorti t’Għawdex, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech, raġel Eġizzjan ta’ 51 sena.

Ir-raġel ġie akkużat li nhar id-9 ta’ Marzu, 2020, għall-ħabta tad-9:30PM, kellhu fil-pussess tiegħu arma li taqta’ u bil-ponta u kkaġuna ġrieħi ta’ natura gravi fuq raġel Eġizzjan.

Ir-raġel ammetta l-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u ngħata sentenza ta’ sentejn priġunerija sospiża għal erba’ snin.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.