Edukazzjoni Lokali

Global College Malta tniedi korsijiet ġodda tal-Continuous Professional Development

Global College Malta nediet korsijiet ta’ MQF Level 5 ġodda li se jkun qed jipprovdi l-kulleġġ għal kumpaniji interessati sabiex iżommu l-ħaddiema tagħhom aġġornati fil-ħiliet u l-għarfien tagħhom ħalli jżiedu l-kapaċitajiet tagħhom fit-tibdil fix-xejriet globali.

Global College Malta ilu jopera f’pajjiżna mill-2013 bl-ammont totali ta’ gradwati huwa dak ta’ 206 student. Għal dan il-kors se tkun tista’ tapplika anki permezz tal-iskema Get Qualified.

L-iskema Get Qualified hija inizjattiva li tagħti sapport lill-iżvilupp personali tal-individwu biex ikun jista’ jikseb il-kwalifiki u ċ-ċertifikati li tirrikjedi l-industrija. Kif dan jiġi komplut b’suċċess, l-istudent jibbenifika minn kreditu tat-taxxa biex jgħinu jieħu lura parti mill-infieq.

L-iskema ta’ Endeavour Scholarships hija biex tagħti sapport għal edukazzjoni terzjarja u tassigura li s-suq tal-impjieg Malti jkollu l-individwi meħtiega.

Bħalissa nistgħu nsibu 35 ħaddiem ġewwa l-Global College Malta fejn 15 minnhom jaħdmu full-time filwaqt li l-oħrajn huma impjegati b’mod part time.

Il-kulleġġ joffri korsijiet undergraduate u postgraduate fuq bażi part time filgħaxijiet u kollha huma akkreditati mill-Kumissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (NCFHE). Il-korsijiet kollha li huma offruti qed isiru fil-bini modern u ġdid tal-kulleġġ li jinsab fi Smart City Malta. Dan il-kulleġġ joffri sapport lill-istudenti matul il-vjaġġ akkademiku tagħhom sakemm jiggradwaw.

Iżjed informazzjoni tinsab fuq http://www.swehg.com/swgcm/