“Ħudu s-saħħa ta’ uliedna bis-serjetà u indirizzaw in-nuqqas t’ippjanar u preparazzjoni fl-iskejjel għas-sitwazzjoni dwar t-tixrid tal-COVID-19”. Hekk qal Clyde Puli l-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni, l-Iżvilupp Uman u l-Ħiliet għas-Seklu 21
L-istqarrija tal-MUT ullum tikxef li l-Ministeru tal-Edukazzjoni ma’ ppjanax u ma’ kienx ippreparat biex it-tfal u l-għalliema jkollhom l-iġjene neċessarja fil-klassi fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti tat-tixrid tal-COVID-19. Dan meta rriżulta li ngħataw biss 20 sanitizer lil kull skola u mhux kif iddikjara l-Ministeru tal-Edukazzjoni fil-propoganda tiegħu li ta’ sanitizer biex jitqassmu f’kull klassi. Irriżulta wkoll li għaliex il-Ministeru ħaseb tard għal din l-eventwalità ħafna skejjel ma’ sabux l-anqas jixtru huma stess biżżejjed sanitizers għal kull klassi.
Il-Partit Nazzjonalista jinnota li l-MUT ilha s-snin tisħaq mal-Gvern li l-iskejjel kellhom ikunu ppreparati u mgħammra b’dak li kien hemm bżonn f’kull klassi għas-saħħa tal-istudenti u għall-iġjene.
//= $special ?>