Coronavirus Lokali

Il-Costa Crociere tissospendi l-cruises fil-Mediterran

Il-kumpanija tal-cruiseliners Costa Crociere ħabbret li se tissospendi l-cruises kollha fil-Mediterran sat-3 ta’ April. Dan bħala parti mill-miżuri l-ġodda introdotti mill-Gvern Taljan biex jitrażżan it-tixrid tal-koronavirus.

Il-cruiseliners bħalissa jinsabu fil-portijiet Taljani biss biex jippermettu lill-klijenti jiżbarkaw u jirritornaw lura d-dar, mingħajr ma jsiru l-eskursjonijiet jew jitilgħu passiġġieri ġodda abbord.