Lokali Parlament

Il-gvern għandu jgħin lin-negozji quddiem il-kriżi tal-coronavirus

Arkivji

– Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li quddiem il-kriżi tal-coronavirus il-gvern għandu jgħin lin-negozji biex dawn jibqgħu jeżistu.

Fil-parlament Edwin Vassallo tkellem dwar id-diffikultajiet li għaddejjin minnhom in-negozji ż-żgħar bħalissa u qal li aktar ma jkunx hawn esklużjoni tal-persuni iktar qed jonqos in-negozju. L-ewwel prijorità għandha tkun il-kontroll tal-marda, li issa tinsab f’sitwazzjoni ta’ pandemija.

Hu qal li fi żmien ir-riċessjoni taż-żejt il-gvern Nazjzonalista kien ħa miżuri biex il-pajjiż ma tkissirx u sostna li minħabba l-allarm ta’ din il-marda, l-attività kummerċjali kważi waqgħet f’riċessjoni.

Dan minkejja li diġà kien hawn riċessjoni ekonomika ‘made in Malta’ kif iddikjaraw numru ta’ stħarriġ li kienu raw li l-instabbiltà politika kienet effettwat l-ekonomija. Il-coronavirus hi daqqa oħra u għalhekk il-gvern għandu jassigura li l-marda ma tibqax tinxtered, biex is-saħħa pubblika tkun imħarsa u biex il-ħaddiema ma jispiċċawx vittma waqt li n-negozji ma jispiċċawx ikeċċu lill-ħaddiema.

Il-gvern irid malajr jieħu deċiżjonijiet biex jgħin lis-settur kummerċjali jibqa’ jeżisti. Il-PN qed jipproponi sospensjoni tal-VAT u jista’ jkun hemm sospensjoni ta’ spejjeż oħra.