Futbol Sport

Il-klabb tal-partitarji Maltin ta’ Leeds United mistenni jerġa’ jibda

Il-klabb tal-partitarji Maltin ta’ Leeds United mistenni jerġa’ jibda fi sforz biex jinżamm l-interess tas-segwaċi ta’ dan il-klabb Ingliż. Għal dan l-għan ittieħdet l-inizjattiva biex issir laqgħa informali għal dawk kollha li huma interessati li jiffurmaw parti minn dan il-klabb.

Il-laqgħa se ssir f’Il-Fanal Restaurant f’Marsaskala illum fis-6.00pm. Qed jiġi mitlub ħlas ta’ €10 bħala ħlas ta’ sħubija għal dawk li jixtiequ jkunu membri fil-klabb u se tingħata xalpa tal-klabb lil kull membru.

Għalhekk il-partitarji ta’ Leeds United huma mħeġġa biex jingħaqdu fil-klabb billi jattendu din il-laqgħa fejn se tingħata aktar informazzjoni. Dawk li ma jistgħux ikunu preżenti huma mħeġġa jsegwu l-paġna tal-klabb fuq facebook bl-isem Leeds United Supporters Club Malta jew jagħmlu kuntatt ma’ Tonio Galea fuq 79734701.