Lokali Parlament

Il-korruzzjoni wasslet biex l-isptarijiet San Luqa, Ġenerali ta’ Għawdex u Karin Grech ma jistgħux jintużaw bħalissa

– Jason Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal fil-parlament li l-korruzzjoni wasslet biex l-isptarijiet San Luqa, Ġenerali ta’ Għawdex u Karin Grech ma jistgħux jintużaw quddiem il-kirżi tal-coronavirus.

Jason Azzopardi qal li l-prezz tal-korruzzjoni ta’ Joseph Muscat, Konrad Mizzi u Keith Schembri hu reali u qed jinħass hekk kif il-pajjiż qed jgħix il-kriżi tal-coronavirus.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li fl-aħħar ġimgħat ma nstemgħetx kelma mingħand is-sidien tal-isptarijiet pubbliċi; il-Vitals u Steward li Konrad Mizzi b’kuntratt korrott bl-involviment kompliċi ta’ Keith Schembri tahom għal ħafna snin l-isptarijiet pubbliċi.

Jason Azzopardi kompla li l-Isptar San Luqa u l-Isptar ta’ Għawdex flimkien ma’ Karin Grech ma ssemmewx mill-gvern propju meta dawn jistgħu jintużaw f’każ ta’ emerġenza quddiem il-coronavirus.

Dan għaliex il-korruzzjoni għandha prezz. Il-kuntratt tal-isptarijiet fisser li l-gvern nefaq u beraq €86 miljun.

Hu ta rabja li spettur tal-pulizija kwalifikat li għax is-sena d-dieħla se jagħlaq il-25 sena diġà qed ifittex fejn se jmur jaħdem għax il-Korp tal-Pulizija u l-gvern ma jinteressahomx li qed jitilqu l-aqwa nies.

Id-deputat Nazzjonalista ppropona li mal-25 sena servizz, il-pulizija jieħdu l-pensjoni u jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu fis-servizz. Il-korruzzjoni wasslet biex issejħet elezzjoni sena qabel żmienha. Mhux ‘il bogħod li l-poplu jsir jaf għaliex Joseph Muscat u Keith Schembri sejħu elezzjoni ġenerali qabel; hi raġuni kiebja.

Dawk id-deputati li taw fiduċja lil Joseph Muscat iridu jtolbu skuża lil Malta u dawk li kasbru lill-Oppożizzjoni wkoll ikollhom jitolbu skuża meta jkun hemm il-prova iswed fuq l-abjad għaliex issejħet l-elezzjoni sena qabel żmienha u sa fejn kienet twassal il-korruzzjoni f’Kastilja. Dawk li żergħu d-dubju fuq il-familja ta’ Daphne se jkollhom jitolbu skuża meta jsiru magħrufa ikar fatti.

Bħalissa Joseph Muscat jinsab Miami b’biljett tal-ajru mixtri mit-Turkija bi flus kontanti. Muscat qed jagħmel diversi żjarat fit-Turkija. Il-Prim Ministru mingħalih li l-pajjiż reġa’ ura għan-normalità.

Għaliex l-akkużat Vince Muscat ‘Il-Koħħu’ indika bħala xhieda favurih lil Joseph Muscat, Peter Grech, Owen Bonnici u Keith Schembri fil-lista tasx-xhieda fl-akkuża tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia? Daqt se jkun magħruf għaliex sar dan u jkun magħruf għaliex il-korruzzjoni għandha prezz.

Il-korruzzjoni li nissel Joseph Muscat tmur lil hinn minn Malta. Mhux kumbinazzjoni li Muscat għamlet ċertu żjarat barra minn Malta flimkien ma’ Keith Schembri; dawn ma kienux fuq xogħol uffiċjali għax kien hemm affarijiet oħra li riedu jkunu konklużi. Dawk kollha li ċapċpu lil Joseph Muscat għandhom jammettu r-responsabbiltà għaliex hu tort tagħhom li l-pajjiż jinsab f’dawn l-inkwiet, sostna Jason Azzopardi, li kompla li din hi korruzzjoni ta’ mijiet ta’ miljuni.

Il-poplu se jkun jaf kemm medda ta’ fuq 18-il sena kienu se jdaħħlu miljuni tliet uffiċjali pubbliċi.

Hu sellem lil dawk involuti biex il-pajjiż jinsab sigur u qal li kieku l-gvern sema’ mill-Oppożizzjoni u mill-imsieħba soċjali, id-daqqa li se jieħu l-pajjiż ma kinitx tkun kbira daqs kemm se tkun.

Mhux ta’ b’xejn li imħallef fil-qorti fid-digret ta’ żewż persini akkuati bil-qtil ta’ Daphne Carana Galizia irriferiet għal xibka ta’ kriminalità; għax hemm terzi persuni invouti, iktar minn mandant wieħed u iktar minn mottiv wieħed iżda kollox jorbot mal-korruzzjoni ta’ Joseph Muscat.

Il-pajjiż ma jistax jilqa’ għall-epidemija tal-coroanvirus minħabba l-korruzzjoni għaliex kieku l-isptarijiet jistgħu jintużaw, sostna Jason Azzopardi.