Lokali Parlament

Il-Ministru Owen Bonnici: “F’dan l-istadju m’hemmx lok li jingħalqu l-iskejjel”

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici qal li f’dan l-istadju m’hemmx lok li jingħalqu l-iskejjel iżda jekk ikun hemm tibdil, jittieħdu miżuri oħra.

Il-każ tqanqal fil-parlament mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li qal li l-MUT u l-ġenituri wrew tħassib u mill-ġneituri dwar is-sitwazzjoni fl-iskejjel quddiem il-virus corona. Hu staqsa jekk il-Mnisteru hux involut fil-laqgħat mad-Dipartiment tas-Saħħa, jekk hemmx preparazzjonijiet u tħejjijiet mill-istudenti inkluż ittestjar minħabba li dawn jistgħu jxerrdu l-virus u jekk hemmx alternattivi ta’ tagħlim quddiem l-indikazzjonijiet li xi skejjel jew l-iskejjel kollha jistgħu jingħalqu.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici rringrazzja lill-Oppożizzjoni għall-prudenza li qed turi u qal li l-ġenituri qed jistaqsu jekk il-gvern hux se jagħlaq l-iskejjel. Hu qal li l-gvern diġà ta risposta fejn kien spjegat li qed jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha fejn s’issa kull każ jirriżulta minn importazzjoni tal-virus. Jirriżulta li l-każi kollha obdew l-istruzzjonijiet mogħtija u s’issa m’hemmx każi li xi Malti xerred il-virus ma’ Malti jew ma’ resident ieħor.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni qal li sissa m’hemmx lok li l-iskejjel jingħalqu l-iskejjel u kompla li l-Maltin li ġew mill-pajjiż imsemmija għandhom jagħmlu kwarantina.

Il-Ministru Bonnici kompla li l-Ministeru kien ivolut fil-laqgħat ta’ informazzjoni dwar is-sitwazzjoni; jekk iċ-ċirkostanzi jinbidlu allura jittieħdu miżuri oħra. Hu spjega li kien hemm pajjiżi li għalqu xi skejjel u oħrajn li għalqu l-iskejjel kollha.

Dwar il-possibbiltà ta’ tagħlim online jekk xi skejjel jingħalqu, il-Ministru Bonnici qal li din hi kwistjoni ta’ dimensjoni ta’ unions u għalhekk irid ikun hemm direzzjoni tal-unions dwar dan.