Lokali Mużika

Il-Qormi Music Festival pospost

In vista ta’ ċirkostanzi illi fuqhom m’għandux kontroll, kemm f’Malta u kemm fuq skala internazzjonali, il-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri qiegħed b’dispjaċir iħabbar illi l-Qormi Music Festival illi kien skedat illi jittella’ nhar it-23 ta’ Mejju 2020, qiegħed jiġi pospost.

Dan il-pass qiegħed jittieħed kemm fl-interess tas-saħħa pubblika, kif ukoll per kawża tal-fatt illi, f’dan l-istadju, numru ta’ artisti barranin illi kienu mistennija jipparteċipaw fl-istess Festival m’humiex f’pożizzjoni illi jikkonfermaw il-preżenza tagħhom f’Malta f’din id-data.

Il-Kumitat Festi Esterni jieħu din l-opportunita’ sabiex jirringrazzja lill-pubbliku in ġenerali għall-interess tiegħu f’dan il-Festival, kif ukoll lil dawk l-entitajiet kollha, kemm mis-settur privat, kif ukoll mis-settur pubbliku, illi jagħtu għajnuna u sapport kontinwu lill-istess Kumitat sabiex jiġu organizzati tali attivitajiet. Il-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri jittama illi jkollu l-possibilta’ jħabbar data oħra illi fiha jkun ser jittella’ l-Qormi Music Festival fil-futur qarib.