Coronavirus Internazzjonali Lokali Saħħa

Il-WHO tiddikkjara li l-COVID-19 laħqet livell ta’ pandemija

L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa, il-WHO għada kif iddikkjarat stat ta’ Pandemija bil-Coronavirus.

Id-direttur ġenerali tal-WHO, Tedros Adhanom, ħabbar dan ftit tal-ħin ilu. Huwa qal li l-WHO hija nkwetata ħafna bil-livelli allarmanti tal-firxa u s-severità tal-virus u bin-nuqqas ta’ azzjoni li qed tittieħed. Adhanom qal li l-WHO kienet kontinwament qed tħeġġeġ lill-pajjiżi biex jieħdu azzjoni urġenti u aggressiva.

Il-Covid-19 issa laqat ‘il fuq minn 118,000 persuna madwar id-dinja u nfirex f’tal-anqas 114-il pajjiż.

L-aħħar pandemija globali kienet fl-2009 bl-H1N1 magħrufa aħjar bħala swine flu.