Coronavirus Kunsilli Lokali Lokali Saħħa

Imħassra l-attività ta’ St.Patrick’s fil-Floriana

Il-Kunsill Lokali tal-Floriana permezz ta’ stqarrija ħabbar li ħassar l-attività St. Patrick’s Sunday li kienet se ssir il-Ħadd li ġej.

Il-Kunsill Furjaniż qal li ħa din id-deċizzjoni bħala prekawzjoni u biex jitnaqqas ir-riskju fid-dawl tal-aħħar żviluppi b’rabta mat-tixrid tal-Coronavirus.

Din id-deċizzjoni ttieħedet wara li anki numru ta’ attivitajiet ġew posposti jew imħassra, inkluż il-Festa esterna ta’ San Ġużepp fir-Rabat, l-attivitajiet ta’ St. Patrick’s f’San Ġiljan u kif ukoll il-Qormi Music Festival.