Lokali Qorti

Issemmew l-ismijiet waqt laqgħa f’Kastilja tal-irġiel li kienu se jitressqu akkużati bil-qtil ta’ Daphne

Keith Arnaud

It-tliet irġiel li tressqu l-Qorti akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia jidher li kienu ssemmew f’laqgħa li kienet saret f’Kastilja qabel ma dawn tressqu l-Qorti. Saru żewġ laqgħat f’Kastilja fuq il-każ fejn preżenti fost oħrajn kien il-Prim Ministru ta’ dak iz-żmien Joseph Muscat u l-eks Chief of Staff Keith Schembri

Dan ħareġ mix-xhieda tal-Ispettur Keith Arnaud meta tkompla s-smigħ tal-inkjesta pubblika fl-omiċidju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Huwa qal li minkejja li mhux ċert mija fil-mija, u li wara fl-ewwel laqgħa f’Kastilja fuq il-qtil tagħha ma ssemma xejn, iżda fit-tieni laqgħa jidhirlu li kienu ssemmew it-tliet persuni li susegwentemnt ġew akkużati bl-omiċidju.

L-Ispettur Arnaud qal ukoll li ssemmew tliet dati f’Kastilja għal meta kien hemm il-ħsieb li jitressqu dawn il-persuni u dawn kienu fl-4, 5 jew l-10 ta’ Diċembru tal-2017. Sussegwentement l-aħwa Degiorgio u Vince Muscat kienu tressqu fl-4 ta’ Diċembru.

Arnaud qal li d-data ta’ meta kienu se jitressqu t-tliet irġiel kienet ġiet deċiża f’laqgħa bejn il-forzi tas-sigurtà Maltin flimkien mal-Europol. Tenna li kien l-eks Deputat Kummissarju li qallu biex imur miegħu Kastilja biex jekk ikun hemm bżonn jagħti spjegazzjonijiet waqt il-briefings li kienu se jsiru.

L-Ispettur qal ukoll li dak iż-żmien la l-allegat mandat tal-qtil ta’ Caruana Galizia, Yorgen Fenech u lanqas il-middleman Melvin Theuma, li ngħata l-proklama fuq il-każ ma kienu qegħdin jiċċentraw x’imkien.

Ix-xhud qal li waqt l-investigazzjonijiet kien 10 persuni suspettati, b’seba’ minnhom kienu magħrufin mal-Pulizija. Kif tela’ jixhed l-Ispettur Arnaud, l-Bord ta’ Inkjesta nfurmah li jekk jidhirlu li parti mix-xhieda għandha tinstema’ bil-magħluq minħabba li għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet fuq il-każ ta’ Daphne Caruana Galizia, dan jista’ jagħmlu liberament.

Fuq l-iskwadra tal-omiċidji qal li għamel żmien, li kien l-unika Spettur, u li skont hu dan mhuwiex ta’ xogħol ta’ wieħed waħdu, u għamel diversi kemm qabel u wara l-każ ta’ Caruana Galizia, fl-aħħar kien żdied ieħor u wara ieħor. Tenna bħalissa f’din l-iskwadra hemm hu, Kurt Zahra u l-Ispettur James Grech.

Dwar il-każ ta Caruana Galizia, qal li kien Kurt Zahra xogħol dak inhar tad-delitt imma hju min jeddu staqsa lill-eks deputat Kummissarju Valletta, jekk hux se jagħmel parti mill-investigazzjonji, anke peress li Kurt Zahra kien għadu jibda.

Qal li fuq il-każ tal-qtil, l-Ispettur Kurt Zahra kien ħa ħsieb ix-xena tar-reat u xi xogħol ieħor filwaqt li huwa ħa ħsieb il-kuntatt mal-esperti barranin li kien ġew Malta biex jgħinu fil-kaz.

Tenna li qatt ma kellu meetings f’Kastilja qabek dan il-każ, imma qal ukoll li qatt ma kellu każ bħal dan. Tenna li meta ħadu miegħu l-ewwel darba Valletta, f’Kastilja, ma kien hemm ebda żviluppi fuq il-każ, iżda kien hemm diġa forma ta’ pjan għall-arrest.

Saħaq li kienu jafu li bis-sim cards u li kienu tlieta nvoluti fil-qtil, u li bl-għajnuna tal-barranin saru jafu li ien hemm tliet mobajls fin-nofs. Fuq mistoqsija tal-Bord ta’ Inkjesta, qal li l-vittma nqatlet bomba waħda u mhux kif ġie rrappurtat fuq xi sezzjoni tal-media li kien żewġ bombi.

Tenna li preżenti f’Kastilja jiftakar li kien hemm hu, Valletta, darba minnhom jekk jiftakar sew il-Brigadier tal-Armata, l-Prim Ministru, Keith Schembri u x’aktarx Kurt Farrugia u kien hemm ukoll il-head tal-MSS, s-Sur Bugeja.

Għall-aktar mistoqsijiet l-Ispettur Arnaud qal li xtaq li jixhed bil-magħluq minħabba d-delikezza tal-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin fuq l-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia.

L-ewwel xhud kien Paul Azzopardi Direttur tad-Dipartiment tal-informazzjoni (DOI) li spjega s-sistemi ta’ jinħarġu l-press cards mid-DOI. Tenna li hemm differenza fuq kif jinħarġu għall-meżżi tax-xandir stampati, televiżjoni, radju u portals.

Dwar ġurnalisti barranin li jiġu Malta, qal li dawn xorta jridu japplikaw mad-Dipartiment tal-Informazzjoni biex ikollhom aċċess. Huwa qal li jekk wieħed ma jkollux il-press-card ma jfissirx li ma jkunx ġurnalist. Fil-fatt id-Dipartiment tal-Informazzjoni ma jidħolx fuq min huwa ġurnalist jew le. L-aċċess tal-press-card huwa għall-konferenzi stampa tal-Gvern.

Kemm ilu Direttur qal li qatt ma kellu talba mingħand Daphne Caruana Galizia għal xi press-card jew access card. Huwa qal li lanqas qatt ma kkomunika magħha. L-inkjesta qed tiġi preseduta mill-Imħallef Emeritu Michael Mallia se qed jokkupa r-rwol ta’ chairperson, il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro.

L-Avukati Therese Comodini Cachia, Jason Azzopardi u Andrew Borg Cardona qegħdin jidhru f’isem il-familjari tal-vittma. L-inkjesta se tkompli l-Ġimgħa fid-9.30am u l-ġimgħa d-dieħla, t-Tnejn fil-11.00am, l-Erbgħa u l-Ġimgħa fid-9.30am.