Fl-aħħar jiem saret l-24 edizzjoni tal-Gladiators Fight Night f’Montekristo Estates. B’kollox kien hemm 14-il ġlieda fuq livell differenti u apparti l-ġlied bejn klabbs lokali, diversi atleti kkompetew kontra ġellieda barranin.
Fl-ewwel ġlieda kickboxing bejn żewġ atleti ta’ tmien snin, Kurt Borg ta’ Wu Shu Ky rebaħ kontra Lee Camilleri ta’ Team Noel. Elston Fenech ta’ Team Noel rebaħ kontra Andrea Grech ta’ Wu Shu Ky fit-tieni ġlieda. Leanne Magro ta’ Team Noel rebħet kontra Sharon Attard.
Fil-ġlidiet K1 Ritmay Spiteri ta’ Basement Kickboxing rebħet kontra Ira Martina ta’ Team Italy, Kevin Argelier ta’ Warriors Heart Academy rebaħ kontra Di Pietro Giombattista, Alex Horvath ta’ Kibishii Michi rebaħ kontra Bruno Lorenzo ta’ Team Italy u Celeste Galea ta’ Team Noel għelbet lil Debaille Odile Martine ta’ Team Belgium.
Faris Lukovic ta’ Fort Fitness rebaħ kontra Leandrey Malka ta’ Team France, Dianne Xerri ta’ Team Noel tilfet kontra Luciana Germano ta’ Team Italy filwaqt li l-ġlieda bejn Tchulukhadze Paata ta’ Team France u Kirmo Kolehmainem ta’ Fort Fitness intemmet f’parità. Fl-aħħar żewġ ġlidiet, suċċess għaż-żewġ atleti ta’ Team Noel. Jesred Piscopo għeleb lil Theo Justine ta’ Team France filwaqt li Shaun Falzon rebaħ kontra Vitor Hugo ta’ Team Portugal. Il-ġlieda ta’ Falzon kienet fuq livell professjonali.
//= $special ?>