Lokali Parlament

Ivan Bartolo u David Thake jieħdu l-ġurament ta’ ħatra

Ritratt: Matthew Tabone

Id-deputat Nazzjonalisti ġodda Ivan J.Bartolo u David Thake ħadu l-ġurnamnet ta’ ħatra bħala deputati ġodda fil-parlament wara li kienu eletti minflok l-ex deputati Nazzjonalisti Marthese Portelli u Simon Busuttil.

F’dikors li għamel id-deputat Nazzjonalista Ivan J.Bartolo qal li jħossu umli u li hu daħal fil-parlament b’attitudni li jixtieq jara kemm idum fil-Kamra. Hu qal li għandu rispett lejn id-deputati kollha u jispera li b’dak li jsir il-pajjiż jimxi ‘l quddiem.

Id-deputat Nazzjonalista David Thake qal li hu privileġġ għalih li kien elett deputat u rringrazzja lill-ex deputat Nazzjonalista Simon Busuttil flimkien mal-familja tiegħu partikolarment missieru u ommu li sawru fih dak li hu tajjeb biex ikun jista’ jagħmel dak li hu ġust għall-poplu