Coronavirus Lokali Saħħa

Konfermat is-seba’ każ f’Malta

Il-mara kienet għal btala flimkien mat-Tabib li rriżulta pożittiv għall-Coronavirus

Il-każi ta’ nies li rriżultaw pożittivi għall-Coronovirus jitilgħu għal sebgħa.

Membru tal-familja tat-tabib Malti li dalgħodu rriżulta pożittiv għall-Coronavirus, ġiet ukoll ikkonfermata li għandha l-COVID-19. Huma kienu flimkien waqt btala fid-Dolomiti, fin-naħa ta’ fuq tal-Italja.

Għalhekk, bħal każijiet kollha preċedenti, dan il-każ ta’ Coronavirus huwa impurtat mill-Italja. Il-mara se tinżamm fl-IDU fl-Isptar Mater Dei. L-awtoritajiet tas-saħħa huma infurmati li l-mara ma marritx għax-xogħol minn meta ġiet lura Malta. Il-kundizzjoni tagħha hija waħda tajba. 

Il-Gvern jibqa’ jappella għall-kalma u responsabbilità.