Coronavirus Lokali Saħħa

Konfermat l-ewwel Malti pożittiv; is-6 każ huwa raġel ta’ 55 sena

Il-Gvern jibqa' jappella għall-kalma

Kmieni dalgħodu, raġel Malti ittestja pożittiv għall-Coronavirus. Dan huwa l-ewwel każ ta’ Malti li ġie ċertifikat li għandu dan il-virus. Ir-raġel għandu 55 sena u jaħdem bħala tabib l-Isptar Mater Dei. Huwa telaq minn Malta fl-1 ta’ Marzu u rritorna pajjiżna fit-8 ta’ Marzu. L-għada huwa ħassu ma jiflaħx fejn imbagħad fl-10 ta’ Marzu sarlu t-test.

Minn meta wasal lura Malta huwa għamel kwarantina volontarja u ma marx għax-xogħol. Flimkien miegħu l-Italja kien hemm it-tifel tiegħu li sa issa m’għandu ebda sintomi. Dan filwaqt li l-kumplament tal-familja li ma kinux miegħu xorta qegħdin fi kwarantina u m’għanhom l-ebda sintomi.

Fi stqarrija, il-Gvern ikkonferma li r-raġel kien fuq btala fin-naħa ta’ fuq tal-Italja. Dan ifisser li anke f’dan il-każ, il-virus ġie impurtat minn barra.

Ir-raġel jinsab f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba.

Il-ħames każi l-oħra huma ta’ żewġ familji barranin, li jgħixu Malta.