Coronavirus Lokali Saħħa

L-Awtorità tal-Ippjanar mhux tilqa’ nies

L-Awtorita' tal-Ippjanar

Skont informazzjoni li kiseb dan is-sit, jidher li l-uffiċini tal-Awtorità tal-Ippjanar mhux qed jilqgħu nies fihom.

Mhux eskluż li ħarġet xi tip ta’ direttiva għall-impjegati madanakollu s/issa ma kien hemm l-ebda stqarrija jew komunikat uffiċjali.

Din hija l-aħħar minn sensiela ta’ azzjonijiet li qed jittieġdu fid-dawl li l-każijiet ta’ COVID-19 f’Malta komplew jiżdiedu filwaqt li l-Gvern kompla jinjora s-sejħa għall-kwaratina mandatorja għal dawk kollha li kienu f’pajjiżi milquta drastikament mill-Coronavirus.