Coronavirus Lokali Saħħa Turiżmu

L-Awtoritajiet jeħtieġu jiddiżinfettaw il-postijiet pubbliċi u turistiċi kollha

Ritratt: Gazzetta di Reggio
Il-Partit Nazzjonalista jappella għall-ogħla livell possibbli ta' iġjene

Quddiem l-isfida tal-COVID-19 li qed jaffaċċja pajjiżna, l-Awtoritajiet għandhom id-dover li jassiguraw l-ogħla livell possibbli ta’ iġjene. Dan saħqu l-Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit, Robert Arrigo, fi stqarrija l-Erbgħa waranofsinhar.

Il-ġlieda kontra aktar tixrid tal-COVID-19 titlob li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tinżamm l-indafa kullimkien; speċjalment f’postijiet fejn jinġabru n-nies u allura faċilment jkun trażmess il-virus.

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Turiżmu, kompli li l-postijiet fejn jinġabru t-turisti għandhom jkunu indirizzati wkoll, sabiex jiġi minimizzat ir-riskju tal-virus li jittieħed minn turist li ġabu minn barra.

Għaldaqstant il-Partit Nazzjonalista qed jirrakkomanda lill-Awtoritajiet sabiex malajr kemm jista’ jkun jinbeda proċess ta’ diżinfettazzjoni f’postijiet pubbliċi u turistiċi. Dan il-proċess ikun pass ieħor konkret lejn is-serħan il-moħħ tal-poplu tagħna.