Coronavirus Edukazzjoni Lokali

“L-iskejjel mhux se jagħlqu” – Owen Bonnici

Il-ġenituri tat-tfal li jmorru l-iskola jinsabu mħassba ferm dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, iżda għall-Ministru Owen Bonnici dak li qiegħed isir huwa biżejjed.

“Il-miżuri li implimentajna issa huma suffiċenti”

Saqsejna lill-Ministru tal-Edukazzjoni x’inhu jżomm lill-Gvern milli jkun pro-attiv, u jieħu l-miżuri neċċessarji issa, biex is-sitwazzjoni tkun ikkontrolata.

“Essenzjalment irridu nimxu pass pass”

Lil Owen Bonnici saqsejnih ukoll meta l-Gvern beħsiebu jaghmel il-kwarantina obbligatorja minn kull pajjiż, inkluż mir-Renju Unit – fi kliem sempliċi, li wieħed bilfors irid jibqa’ ġewwa daru wara li jkun imsiefer.

“Aħna noħorġu d-direttivi… joħorġuhom is-Settur tas-Saħħa, u aħna napplikawhom”

F’Malta t-tħassib fost il-ġenituri qed jibqa’ jippersisti, hekk kif tul il-jum kien hemm numru ta’ ġenituri illi kkonfermaw maghna li xorta waħda għażlu li ma jibgħatux lil uliedhom l-iskola.