Coronavirus Lokali Saħħa Transport

L-Isqof t’Għawdex fost it-68 Malti li rritornaw mill-Italja

Dawn il-Maltin iridu joqogħdu taħt kwarantina għal ħmistax

L-Amministratur Appostoliku għal Għawdex, l-Isqof Mario Grech, kien fost it-68 Malti li rritornaw lura b’2 titjiriet mill-Italja, waħda lbieraħ u oħra dalgħodu.

Dawn il-Maltin ingħataw il-parir biex joqogħdu taħt kwarantina għal 15-il jum, kif qalet is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Prof. Charmaine Gauci, biex f’każ li xi ħadd minnhom iħoss xi sintomi, jikkuntattja l-awtoritajiet tas-saħħa.

It-titjiriet tal-Air Malta, li telgħu għall-Maltin li weħlu l-Italja, telqu minn Malta b’114-il persuna lejn l-Italja.