Internazzjonali Lokali

Maltija tinstab mejta fl-Istati Uniti

Carmelina Kohler, Maltija ta’ 81 sena li ilha tgħix fl-Istati Uniti għal madwar 40 sena, instabet mejta fi Florida.

Hi kienet irrapurtata nieqsa mir-raġel tagħha t-Tnejn li għadda wara li ma rritornatx lura d-dar meta ħarġet mat-tifla addottata tagħhom Crystal.

L-uffiċjali li qed jinvestigaw il-każ allegaw li Crystal irritornat lura bil-van ta’ Carmelina mingħajr ommha. L-awtoritajiet qalu li t-telefown ta’ Carmelina nstab qrib 27th Avenue u Aviation Boulevard, żona li hi ma kellha l-ebda raġuni biex tkun.

Intant, wara dawn l-iżviluppi, kienet arrestata Crystal, li kienet ilha li ġiet addottata għal numru ta’ snin. Fuqha nstabet droga kokaina u ġiet arrestata fuq serq u sewqan bla liċenzja.

Hija qed tinżamm fil-ħabs ta’ Indian River fi Florida.

F’dan il-punt, pero Crystal Kohler għadha mhux qed tkun akkużata bil-qtil tal-Maltija.