Minn għada, il-ħinijiet tal-viżitaturi fl-iswali tal-isptar Karin Grech, inkluż l-isptar ta’ matul il-jum, u s-Sala tal-Ġerjatrija tal-Irġiel u r-Residenza Sant’Anna, fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex, se jitwaqqfu.
B’hekk, il-qrabat u l-ħbieb tal-pazjenti rikoverati ma jkunux jistgħu jżuru lill-pazjenti infushom, u lanqas jistgħu jeħdulhom l-affarijiet tal-bżonn ta’ kuljum.
Din il-miżura ttieħdet minn Steward Healthcare biex tipproteġi lill-anzjani u lil dawk vulnerabbli fl-isptarijiet tagħha. Iż-żjarat jistgħu jsiru biss lil dawk il-pazjenti li se jkollhom amministrat il-griżma tal-morda.
Fl-istess waqt, ġew posposti l-appuntamenti ta’ matul il-jum f’Karin Grech, filwaqt li referenzi b’urġenza se jiġu deċiżi każ b’każ.
//= $special ?>