Coronavirus Ekonomija Lokali

Numru ta’ ħaddiema jitpoġġew fuq 4-day week

Ritratt: Malta International Airport plc

Numru ta’ impjegati li jaħdmu fl-industrija tal-lukandi kif ukoll ma’ Aġenti tal-Ivjaġġar poġġew lill-ħaddiema tagħhom fuq 4-day week. Dan minħabba t-tnaqqis drastiku fix-xogħol, kaġun tal-Coronavirus.

Dan is-sit hu infurmat li hemm ukoll xi ħaddiema oħra li intalbu jieħdu leave fit-tul.

Is-settur turistiku hu l-aktar wieħed li qed iħoss din id-daqqa fuq l-ekonomija, anke minħabba l-fatt li issa l-ivjaġġar madwar l-Ewropa qed ikun minimu ħafna.

Fuq xahar, ġimgħa xogħol ta’ erbat ijiem biss taf tfisser daqqa finanzjarja anke għall-ħaddiema – tnaqqis fil-pagi ta’ bejn €300 u €400. Impjegat f’lukanda partikolari qalilna li dan it-tnaqqis għalih hu daqs loan li jħallas fix-xahar. “Kulħadd inkwetat, u nifhmu wkoll il-pressure li hemm fuq il-management”, qaltilna ħaddiema oħra.