Sport Sport Ieħor

Organizzata b’suċċess il-ħames edizzjoni tal-Underworld Games

Fl-aħħar jiem ġiet organizzata l-ħames edizzjoni tal-Underworld Games li kienet maqsuma fuq tlett ijiem. Il-Ġimgħa filgħaxija kien hemm l-ewwel workout fil-Pixxina Nazzjonali fejn l-atleti kellhom jgħumu u jagħmlu thrusters f’ħin stipulat. Is-Sibt u l-Ħadd il-logħba tkompla f’The Pit u l-Victor Tedesco Stadium. Din is-sena l-organizzaturi Roderick Attard u Daryl Psaila minn The Pit, introduċew kategorija oħra, dik Rookies għall-irġiel u n-nisa debuttanti.

Daryl Borg rebaħ il-kategorija Rx tal-irġiel segwit minn Eric Saliba u Hayden Cauchi. Fil-kategorija tat-timijiet tal-irġiel, Jonathan u Andrè Seychell spiċċaw fl-ewwel post segwiti minn Russell Bugeja u Andre Gauci, bit-tim magħmlu minn Chris Bartolo u Vitaly Molotkov itemmu t-tielet.

Fil-kategorija tan-nisa, Christina Grima u Pamela Borg rebħu l-kategorija, Kelsey Spiteri u Jessica Borg Ghigo spiċċaw fit-tieni post, b’Aurore Herment  Miura Hawkins jispiċċaw fit-tielet post. Sean Busuttil rebaħ il-kategorija Rookies tal-irġiel, b’Aaron Borg u Jonathan Borg itemmu fit-tieni u t-tielet post rispettivament. Fil-kategorija tan-nisa, Analise Micallef spiċċat qabel Melanie Inder u Jenny Tabone.