Coronavirus Lokali

Strajk mill-ħaddiema ta’ Identity Malta wara li sabu folla nies tistenna

Il-ħaddiema ta’ Identity Malta ħarġu fuq strajk hekk kif is-sitwazzjoni fuq il-post tax-xogħol tagħhom baqgħaet qatt ma tranġat.

Minkejja rapporti kontinwi tal-kju dejjem jikber, il-Gvern baqa’ qatt ma ħa azzjoni sal-punt li l-ħaddiema waqfu mill-jaħdmu.

Dan ħoloq kju akbar mis-soltu barra l-bini ta’ Identity Malta fi Triq il-Wied l-Imsida.

Issa li f’Malta hħawn il-coronavirus u fid-dinja n-numri sfortunatament qed ikomplu jitilgħu, l-istaff ma jridx jaħdem f’post fejn qed ikun hemm ħafna nies miġburin f’salt wieħed għaliex dan joħloq riskju bla bżonn ta’ tixrid tal-virus.

Intant, il-ħaddiema ħabbru li minn għada mhux ser ikunu qed jidħlu għax-xogħol u biex ħadd ma jmur fil-kju barra l-post għax se jsibu bibien magħluqin.